Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0499

    Kawża T-499/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – ZU vs SEAE (“Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Leave tal-mard – Opinjoni negattiva tas-servizz mediku – Bidliet fis-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-persunal – Atti li ma humiex suġġetti għal rikors – Atti li ma jikkawżawx preġudizzju – Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża – Rikors prematur – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 191, 8.6.2020, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2020 – ZU vs SEAE

    (Kawża T-499/19) (1)

    (“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Leave tal-mard - Opinjoni negattiva tas-servizz mediku - Bidliet fis-sistema informatika ta’ ġestjoni tal-persunal - Atti li ma humiex suġġetti għal rikors - Atti li ma jikkawżawx preġudizzju - Irregolarità tal-proċedura prekontenzjuża - Rikors prematur - Inammissibbiltà”)

    (2020/C 191/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

    Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: R. Spac u S. Marquardt, aġenti)

    Suġġett

    Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegati deċiżjonijiet tal-31 ta’ Awwissu 2018 u tal-10 ta’ Jannar 2019 tas-SEAE, kif ukoll tan-nota tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta’ Awwissu 2018, li tipprevedi tnaqqis fil-leave tal-mard tar-rikorrent u, sa fejn hemm bżonn, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ April 2019 li tiċħad l-ilment tiegħu tat-30 ta’ Novembru 2018 dirett kontra l-imsemmija nota u kontra l-eventwali deċiżjoni sussegwenti li titnaqqas mill-leave annwali tiegħu l-assenza mit-28 sal-31 ta’ Awwissu 2018.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    ZU huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


    Top