EUR-Lex De toegang tot het recht van de Europese Unie

Terug naar de EUR-Lex homepage

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62019TB0280(01)

Kawża T-280/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2020 – Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Ilment – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

ĠU C 191, 8.6.2020, blz. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Marzu 2020 – Highgate Capital Management vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-280/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2020/C 191/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Highgate Capital Management LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Struys, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Blanck, A. Bouchagiar u K.-Ph. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad ilment dwar għajnuna mill-Istat li hija illegali mogħtija lil Eurobank Ergasias SA għall-akkwist ta’ Piraeus Bank Bulgaria (SA.53105), allegatament inkluża fl-ittra tat-8 ta’ Marzu 2019 tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-“Kompetizzjoni” u fid-dikjarazzjoni pubblika tal-20 ta’ Marzu 2019 tal-membru tal-Kummissjoni responsabbli għall-kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja.

3)

Highgate Capital Management LLP hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri proviżorji, minbarra dawk relatati mat-talba għal intervent.

4)

Il-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati mat-talba għal intervent.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


Naar boven