Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0114

    Kawża T-114/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Pavel vs EUIPO – bugatti (B) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B – Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti b – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ Konfuzjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 – Użu ħażin ta’ poter – Annullament parzjali”)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Pavel vs EUIPO – bugatti (B)

    (Kawża T-114/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva B - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti b - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ Konfuzjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament 2017/1001 - Użu ħażin ta’ poter - Annullament parzjali”)

    (2020/C 271/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Dan-Gabriel Pavel (Oradea, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-D. Nedelcu, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Capostagno, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: bugatti GmbH (Herford, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Ulrich, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każijiet magħquda R 49/2018-1 u R 85/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Bugatti u D-G Pavel.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-14 ta’ Diċembru 2018 (Każijiet magħquda R 49/2018-1 u R 85/2018-1) hija annullata sa fejn din tirrigwarda l-prodotti “ġilda u imitazzjoni tal-ġilda, ġild tal-annimali” fil-klassi 18 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


    Top