This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0741
Case C-741/19: Request for a preliminary ruling from the Cour d’appel de Paris (France) lodged on 8 October 2019 — Republic of Moldova v Komstroy, a company the successor in law to the company Energoalians
Kawża C-741/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians
Kawża C-741/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians
ĠU C 413, 9.12.2019, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/34 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi (Franza) fit-8 ta’ Ottubru 2019 – ir-Repubblika tal-Moldova vs Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians
(Kawża C-741/19)
(2019/C 413/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Il-Qorti tal-Appell ta’ Pariġi
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ir-Repubblika tal-Moldova
Konvenuta: Société Komstroy, aventi kawża tal-kumpannija Energoalians
Domandi preliminari
— |
L-Artikolu 1(6) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku li ma kien jinvolvi l-ebda provvista min-naħa tal-investitur fl-Istat ospitanti jista’ jikkostitwixxi “investiment” fis-sens ta’ dan l-artikolu? |
— |
L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi investiment l-akkwist minn investitur ta’ parti kontraenti fi kreditu kkostitwita minn operatur ekonomiku barrani għall-Istati partijiet? |
— |
L-Artikolu 26(1) tat-Trattat fuq il-Karta tal-Enerġija għandu jiġi interpretat fis-sens li kreditu li jappartjeni lil investitur, li jirriżulta minn kuntratt ta’ bejgħ tal-elettriku kkunsinnat fil-fruntiera tal-Istat ospitanti, jista’ jikkostitwixxi investiment imwettaq fiż-żona ta’ parti kontraenti oħra, fl-assenza ta’ kull attività ekonomika eżerċitata mill-investitur fit-territorju ta’ din tal-aħħar? |