EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0684

Kawża C-684/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2019 – mk advokaten GbR vs MBK Rechtsanwälte GbR

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Settembru 2019 – mk advokaten GbR vs MBK Rechtsanwälte GbR

(Kawża C-684/19)

(2019/C 413/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: mk advokaten GbR

Konvenuta: MBK Rechtsanwälte GbR

Domanda preliminari

Terz li jkun sar riferiment għalih fuq sit tal-internet f’entrata li tinkludi sinjal identiku għal trade mark ikun qiegħed jagħmel użu mill-imsemmija trade mark fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (1) jekk ma kienx hu li għamel din l-entrata iżda l-operatur tas-sit li ħadha minn entrata oħra li t-terz kien ippubblika bi ksur tad-dritt tat-trade mark?


(1)  ĠU 2008, L 299, p. 25.


Top