Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0674

    Kawża C-674/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Settembru 2019 – UAB “Skonis ir kvapas” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/26


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Settembru 2019 – UAB “Skonis ir kvapas” vs Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    (Kawża C-674/19)

    (2019/C 413/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: UAB “Skonis ir kvapas”

    Konvenut: Muitinės departamentas prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tabakk tal-pipa tal-ilma bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti (jiġifieri li jikkonsisti minn tabakk (sa 24 %), ġulepp taz-zokkor, gliċerina, sustanzi aromatiċi u preservattiv) għandu jkun ikkwalifikati bħala “prodott magħmul parzjalment minn sustanzi barra mit-tabakk” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

    2)

    L-Artikolu 5(1)(a) tad-Direttiva 2011/64, inkluż fejn jinqara flimkien mal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li meta t-tabakk li jkun fit-taħlita intiża għat-tipjip – f’dan il-każ, fit-tabakk tal-pipa tal-ilma (f’dan il-każ, fil-prodott inkwistjoni) – jissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/64, it-taħlita kollha kemm hija għandha titqies bħala tabakk għat-tipjip, indipendentement mis-sustanzi l-oħra li fiha?

    3)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, l-Artikolu 2(2) u/jew l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2011/64 għandhom jiġu interpretati fis-sens li għandu jitqies bħala “tabakk għat-tipjip” fis-sens ta’ din id-direttiva kwalunkwe prodott, bħal dak inkwistjoni fil-kawża preżenti, miksub billi tħallat tabakk maqsum ma’ likwidi u sustanzi oħra normalment f’forma ta’ trab (ġulepp taz-zokkor, gliċerina, sustanzi aromatiċi u preservattiv).?

    4)

    Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda u ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel u għat-tielet domanda, id-dispożizzjonijiet tan-Nomenklatura magħquda stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013 u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2014 tas-16 ta’ Ottubru 2014, dwar l-intestatura 2 403 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma humiex ikkunsidrati bħala “sostituti għat-tabakk” sustanzi wżati bħala komponenti tat-tabakk tal-pipa tal-ilma, bħal (1) ġulepp taz-zokkor, (2) sustanzi aromatiċi, u (3) gliċerina?


    (1)  ĠU 2011, L 176, p. 24.

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.


    Top