This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0466
Case C-466/19 P: Appeal brought on 18 June 2019 by Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. against the judgment of the General Court (Second Chamber) delivered on 9 April 2019 in Case T-371/17: Qualcomm and Qualcomm Europe v Commission
Kawża C-466/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
Kawża C-466/19 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
ĠU C 263, 5.8.2019, p. 36–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/36 |
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2019 minn Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-9 ta’ April 2019 fil-Kawża T-371/17, Qualcomm and Qualcomm Europe vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-466/19 P)
(2019/C 263/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Qualcomm, Inc., Qualcomm Europe, Inc. (rappreżentanti: M. Pinto de Lemos Fermiano Rato, advogado, M. Davilla, dikigoros)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 2258 finali tal-31 ta’ Marzu 2017 dwar il-proċedura skont l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 24(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) fil-Każ AT.39711 — Qualcomm (Predation) (id-“Deċiżjoni”); |
— |
alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tagħti deċiżjoni konformement mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali naqset milli tindirizza l-argumenti mqajjma mir-rikorrent.
It-tieni aggravju: il-konklużjoni li d-deċiżjoni kienet immotivata adegwatament hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt u hija milquta minn nuqqas ta’ motivazzjoni.
It-tielet aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet neċessarja hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt u ta’ dritt, żnaturament tal-provi, nuqqas ta’ motivazzjoni, u nuqqas li jiġu evalwati il-provi rilevanti kollha.
Ir-raba’ aggravju: il-konklużjoni li l-informazzjoni rikjesta mid-deċiżjoni kienet proporzjonata hija bbażata fuq żbalji manifesti ta’ fatt, żnaturament tal-provi, u nuqqas ta’ motivazzjoni.
Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat ir-regoli dwar l-oneru tal-prova inkkonessjoni mal-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFEU.
Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali waslet għal konklużjonijiet li jiksru id-dritt li tiġi evitata l-awtoinkriminazzjoni.
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).