This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0427
Case C-427/19: Request for a preliminary ruling from the Sofiyski rayonen sad (Bulgaria) lodged on 4 June 2019 — Joint-stock insurance company ‘Bulstrad Vienna Insurance Group’ AD v Insurance company ‘Olympic’
Kawża C-427/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 — Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD vs Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”
Kawża C-427/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 — Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD vs Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”
ĠU C 288, 26.8.2019, p. 30–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fl-4 ta’ Ġunju 2019 — Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD vs Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”
(Kawża C-427/19)
(2019/C 288/37)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski rayonen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kumpannija tal-assigurazzjoni b’responsabbiltà limitata “Bulstrad Vienna Insurance Group” AD
Konvenuta: Kumpannija tal-assigurazzjoni “Olympik”
Domandi preliminari
1) |
Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 630 tal-Kodeks za zastrahovanieto (il-Kodiċi tal-assigurazzjonijiet), fid-dawl tal-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (1), għandu jitqies li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat Membru li tirtira l-liċenzja ta’ assiguratur u li taħtar stralċjarju provviżorju għal dan l-assiguratur, mingħajr ma tiftaħ proċedura ġudizzjarja ta’ stralċ, tikkostitwixxi “deċiżjoni li jibdew proċeduri ta’ stralċ”? |
2) |
F’sitwazzjoni fejn id-dritt tal-Istat Membru fejn jinsab l-uffiċċju rreġistrat tal-assiguratur li l-liċenzja tiegħu tkun ġiet irtirata u li għalih ikun inħatar stralċjarju provviżorju jipprevedi li, fil-każ li jinħatar stralċjarju provviżorju għandhom jiġu sospiżi l-proċeduri ġudizzjarji kollha kontra din il-kumpannija, dawn ir-regoli għandhom jiġu applikati mill-qrati tal-Istati Membri jekk dan ma jkunx previst espliċitament fid-dritt nazzjonali tagħhom, u dan bis-saħħa tal-Artikolu 274 tad-Direttiva 2009/138? |
(1) ĠU 2009, L 335, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 219, p. 66, u fil-ĠU 2016, L 262, p. 34.