Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0304

    Kawża C-304/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fit-12 ta’ April 2019 — Ira Invest SRL vs Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură — Centrul Județean Tulcea

    ĠU C 288, 26.8.2019, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanța (ir-Rumanija) fit-12 ta’ April 2019 — Ira Invest SRL vs Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură — Centrul Județean Tulcea

    (Kawża C-304/19)

    (2019/C 288/19)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Constanța

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Ira Invest SRL

    Konvenuta: Agenția de Plăți și Intervenție pentru Agricultură — Centrul Județean Tulcea

    Domanda preliminari

    Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(1)(b), (c), (e) u (f), tal-Artikolu 10, tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 32(1) sa (5) tar-Regolament Nru 1307/2013 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, teskludi lil agrikoltur mill-ħlas ta’ drittijiet għal sussidju minħabba li l-artijiet okkupati minn strutturi għall-akwakultura użati bħala raba’ li tinħarat ma jikkostitwixxux “[żona] agrikola” fis-sens tal-Artikolu 4 tal-imsemmi regolament?


    (1)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2013 L 34, p. 608 u r-rettifika fil-ĠU 2016 L 130, p. 7).


    Top