This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0045
Case C-45/19: Request for a preliminary ruling from the Juzgado Contencioso Administrativo A Coruña (Spain) lodged on 24 January 2019 — Compañía de Tranvías de La Coruña, S.A. v Ayuntamiento de A Coruña
Kawża C-45/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña
Kawża C-45/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña
ĠU C 155, 6.5.2019, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña (Spanja) fl-24 ta’ Jannar 2019 — Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A. vs Ayuntamiento de A Coruña
(Kawża C-45/19)
(2019/C 155/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo de A Coruña
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, S.A.
Konvenut: Ayuntamiento de A Coruña
Domanda preliminari
Fid-dawl tal-Artikolu 8(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1), it-terminu massimu tal-kuntratti stabbilit għal tletin sena minn din id-dispożizzjoni jibda jiddekorri (a) mill-għoti jew mill-konklużjoni tal-kuntratt, (b) mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-dispożizzjoni, (c) mill-ġurnata ta’ wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju stabbilit fl-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-regolament (it-3 ta’ Diċembru 2019), jew (d) minn kwalunkwe data oħra stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja?
(1) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU 2007, L 315, p. 1).