Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0340

    Kawża C-340/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Litwanja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Hydro Energo” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tariffa doganali komuni – Nomenklatura Magħquda – Klassifikazzjoni tariffarja – Intestatura tariffarja 7407 – Vireg u profili tar-ram – Ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li ġew irrumblati bis-sħana)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/18


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts)- il-Litwanja) – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Hydro Energo”

    (Kawża C-340/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura tariffarja 7407 - Vireg u profili tar-ram - Ingotti tar-ram jew tal-liga tar-ram, ta’ għamla rettangolari, li ġew irrumblati bis-sħana)

    (2020/C 271/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Litwan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākā tiesa (Senāts)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Valsts ieņēmumu dienests

    Konvenuta: SIA “Hydro Energo”

    Dispożittiv

    L-intestatura 7407 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha kif tirriżulta bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1006/2011 tas-27 ta’ Settembru 2011, għandha tiġi interpretata fis-sens li ingotti tar-ram jew ligi tar-ram, ta’ forma rettangolari, li l-ħxuna tagħhom hija ikbar minn wieħed minn għaxra tal-wisa’ u li ġew irrumblati bis-sħana, iżda li t-taqsima trasversali tagħhom fiha pori, ħofor u xquq irregolari, jistgħu jaqgħu taħt din l-intestatura.


    (1)  ĠU C 220, 1.7.2019


    Top