This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0206
Case C-206/19: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 11 June 2020 (request for a preliminary ruling from the Administratīvā rajona tiesa — Latvia) — ‘KOB’ SIA v Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija (Reference for a preliminary ruling — Articles 49 and 63 TFEU — Freedom of establishment and the free movement of capital — Directive 2006/123/EC — Acquisition of agricultural land in Latvia for the purpose of use — System of prior authorisation for legal persons — Specific conditions applying only to legal persons controlled or represented by nationals of another Member State — Requirements for residence and knowledge of the official language of the Republic of Latvia — Direct discrimination on grounds of nationality)
Kawża C-206/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “KOB” SIA vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 49 u 63 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital – Direttiva 2006/123/KE – Xiri ta’ artijiet agrikoli fil-Latvja għall-finijiet tal-użu tagħhom – Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari għall-persuni ġuridiċi – Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw biss għal persuni ġuridiċi miżmuma jew irrappreżentati minn ċittadini ta’ Stat Membru ieħor – Rekwiżiti ta’ residenza u ta’ konoxxenza tal-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja – Diskriminazzjoni diretta minħabba n-nazzjonalità)

ĠU C 271, 17.8.2020, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā rajona tiesa – il-Latvja) – “KOB” SIA vs Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija
(Kawża C-206/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 u 63 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital - Direttiva 2006/123/KE - Xiri ta’ artijiet agrikoli fil-Latvja għall-finijiet tal-użu tagħhom - Sistema ta’ awtorizzazzjoni preliminari għall-persuni ġuridiċi - Kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw biss għal persuni ġuridiċi miżmuma jew irrappreżentati minn ċittadini ta’ Stat Membru ieħor - Rekwiżiti ta’ residenza u ta’ konoxxenza tal-lingwa uffiċjali tar-Repubblika tal-Latvja - Diskriminazzjoni diretta minħabba n-nazzjonalità)
(2020/C 271/20)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā rajona tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:“KOB” SIA
Konvenut: Madonas novada pašvaldības Administratīvo aktu strīdu komisija
Dispożittiv
L-Artikoli 9, 10 u 14 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta d-dritt għal persuna ġuridika, li s-soċju jew is-soċji tagħha jirrappreżentaw iktar minn nofs id-drittijiet ta’ vot fi ħdanha u li l-persuni li għandhom is-setgħa li jirrappreżentawha huma ċittadini ta’ Stati Membri oħra, li tikseb il-proprjetà ta’ art agrikola li tinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, għall-produzzjoni, minn dawn is-soċji u rappreżentanti, minn naħa, ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni bħala residenti tal-imsemmi Stat Membru, u min-naħa l-oħra, ta’ dokument li jistabbilixxi li l-livell ta’ konoxxenza tagħhom tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru jippermettilhom minn tal-inqas li jkollhom konverżazzjoni dwar suġġetti ta’ kuljum u dwar il-ħajja professjonali.