Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0181

Kawża T-181/18: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (TAKE CARE)

ĠU C 161, 7.5.2018, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/70


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2018 – Multifit Tiernahrungs vs EUIPO (TAKE CARE)

(Kawża T-181/18)

(2018/C 161/87)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “TAKE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 254 898

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Jannar 2018 fil-Każ R 845/2017-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


Top