Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0163

Kawża T-163/18: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

ĠU C 161, 7.5.2018, p. 60–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/60


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2018 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/18)

(2018/C 161/71)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentant: T. Bontinck, P. De Wolf, M. Forgeois u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2282 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo, sa fejn iżżomm lir-rikorrent fil-punt 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u fil-punt 2 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005;

tikkonstata l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2016/2231/PESK, u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament Nru 1183/2005/KE;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv: ksur tad-drittijiet tad-difiża, inkluż ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li tippermetti li jiġu ġġustifikati l-miżuri u li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif ukoll ksur tad-dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv: żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-involviment tar-rikorrent f’atti li jikkostitwixxu ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dritt għall-ħajja privata, tad-dritt għall-proprjetà u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv: l-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(2)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/2231 tat-12 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2016, L 336I, p. 7), u tal-Artikolu 2b(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta’ l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2005, L 193, p. 1).


Top