This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0129
Case T-129/18: Action brought on 01 March 2018 — HMV (Brands) v EUIPO — Our Price Records (OUR PRICE)
Kawża T-129/18: Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)
Kawża T-129/18: Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/54 |
Rikors ippreżentat fil-01 ta’ Marzu 2018 – HMV (Brands) vs EUIPO – Our Price Records (OUR PRICE)
(Kawża T-129/18)
(2018/C 161/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: HMV (Brands) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Hicks, u N. Zweck, Barristers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Our Price Records Ltd (Londra)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “OUR PRICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 636 998
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 838/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob/jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż; |
— |
tikkundanna lill-Our Price Records Limited għall-ispejjeż (hekk hija tintervjeni fil-kawża) U JEW |
— |
tilqa’ l-oppożizzjoni ta’ HMV fl-intier tagħha JEW INKELLA |
— |
tibgħat il-każ lura quddiem l-EUIPO sabiex dan jiddeċiedi fid-dawl tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001. |