Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0419

    Kawża T-419/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Euro Interbank Offered Rates (Euribor) — Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) — Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni li tinsab f’deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ fumus boni juris”)

    ĠU C 44, 4.2.2019, p. 73–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 44/73


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-419/18 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Euro Interbank Offered Rates (Euribor) - Euro Interest Rate Derivatives (EIRD) - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni li tinsab f’deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))

    (2019/C 44/96)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Crédit agricole (Montrouge, Franza), Crédit agricole Corporate and Investment Bank (Montrouge) (rappreżentanti: J.-P. Tran Thiet, J. Jourdan, J.-J. Lemonnier, avukati, u M. Powell, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, M. Farley u F. van Schaik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għal sospensjoni mill-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2743 finali tas-27 ta’ April 2018 dwar l-oġġezzjonijiet imqajma minn Crédit agricole u Crédit agricole Corporate and Investment Bank fir-rigward tal-iżvelar ta’ informazzjoni permezz tal-pubblikazzjoni tagħha, konformement mal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjali tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata toqgħod lura milli tippubblika verżjoni tad-Deċiżjoni tagħha C(2016) 8530 finali tas-7 ta’ Diċembru 2016 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Każ AT.39914 – Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax f’Euro (EIRD)) li tinkludi elementi allegatament kunfidenzjali.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top