EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0046

Kawża T-46/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Comune di Milano vs Il-Kunsill (“Astensjoni”)

ĠU C 161, 7.5.2018, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2018 – Comune di Milano vs Il-Kunsill

(Kawża T-46/18) (1)

((“Astensjoni”))

(2018/C 161/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: F. Sciaudone u M. Condinanzi, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti, M. Bauer u F. Florindo Gijón, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill adottata fil-marġni tat-3579 laqgħa, fil-formazzjoni “Affarijiet Ġenerali”, tal-20 ta’ Novembru 2017, li tirrigwarda l-għażla tas-sede l-ġdida tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), sa fejn hija tindika Amsterdam bħala s-sede l-ġdida tal-EMA.

Dispożittiv

1)

Il-Qorti Ġenerali tastjeni ruħha mill-Kawża T-46/18 sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tiddeċiedi fuq ir-rikors.

2)

Id-deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent imressqa mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u mir-Regione Lombardia hija rriżervata.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


Top