Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0733

    Kawża T-733/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea charantea – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 95, 23.3.2020, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Frar 2020 – Dalasa vs EUIPO – Charité – Universitätsmedizin Berlin (charantea)

    (Kawża T-733/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea charantea - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CHARITÉ - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2020/C 95/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Dalasa Handelsgesellschaft mbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Hödl, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Wulff u K. Schmidt-Hern, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charité u Dalasa.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 540/2018-4) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Dalasa Handelsgesellschaft mbH matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    3)

    Charité – Universitätsmedizin Berlin, Gliedkörperschaft Öffentlichen Rechts għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess sostnuti matul il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

    4)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.


    (1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


    Top