EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0578

Kawża T-578/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – CA Consumer Finance vs BĊE (Politika ekonomika u monetarja – Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu – Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq stabbiliment ta’ kreditu – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 – Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji – Ksur minħabba negliġenza – Drittijiet tad-difiża – Ammont tas-sanzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni)

ĠU C 329, 5.10.2020, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2020 – CA Consumer Finance vs BĊE

(Kawża T-578/18) (1)

(Politika ekonomika u monetarja - Sorveljanza prudenzjali tal-istabbilimenti ta’ kreditu - Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 - Sanzjoni pekunjarja amministrattiva imposta mill-BĊE fuq stabbiliment ta’ kreditu - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 - Ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji - Ksur minħabba negliġenza - Drittijiet tad-difiża - Ammont tas-sanzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

(2020/C 329/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CA Consumer Finance (Massy, Franza) (rappreżentanti: A. Champsaur u A. Delors, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta, A. Pizzolla u D. Segoin, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ECB/SSM/2018-FRCAG-77 tal-BĊE tas-16 ta’ Lulju 2018 meħuda abbażi tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), u li timponi fuq ir-rikorrenti sanzjoni pekunjarja amministrattiva ta’ ammont ta’ EUR 200 000 għal ksur kontinwu tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji previsti fl-Artikolu 26(3) tar-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1, rettifiki JO 2013, L 208, p. 68, u JO 2013, L 321, p. 6).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ECB/SSM/2018-FRCAG-77 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tas-16 ta’ Lulju 2018 hija annullata sa fejn timponi fuq CA Consumer Finance sanzjoni pekunjarja amministrattiva fl-ammont ta’ EUR 200 000.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

CA Consumer Finance hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha.

4)

Il-BĊE huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018


Top