Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0485

    Kawża T-485/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Compañia de Tranvías de la Coruña vs Il-Kummissjoni (“Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti tal-Kummissjoni relatati mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni – Dokumenti li joriġinaw minn terz – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Rifjut totali ta’ aċċess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji – Interess pubbliku superjuri”)

    ĠU C 95, 23.3.2020, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 95/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Frar 2020 – Compañia de Tranvías de la Coruña vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-485/18) (1)

    (“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti tal-Kummissjoni relatati mal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Dokumenti li joriġinaw minn terz - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Rifjut totali ta’ aċċess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji - Interess pubbliku superjuri”)

    (2020/C 95/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Compañía de Tranvías de la Coruña, SA (la Coruña, Spanja) (rappreżentant: J. Monrabà Bagan, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u C. Ehrbar, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Ġunju 2018 li tirrifjuta, parzjalment jew totalment, li tagħti lil Compañía de Tranvías de la Coruña, SA, l-aċċess għal dokumenti b’rabta mal-opinjoni tal-Kummissjoni mibgħuta lir-Repubblika Franċiża dwar il-validità tal-kuntratt tal-linji tal-metro sal-2039, hija annullata sa fejn din irrifjutat parzjalment l-aċċess għal data li ma hijiex data personali inkluża fl-ittra tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ottubru 2010 indirizzata lill-awtoritajiet Franċiżi u fl-ittri tal-Viċi-President tal-Kummissjoni S. Kallas tas-27 ta’ Lulju 2012 u l-5 ta’ Ġunju 2013 indirizzati lir-RATP.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għal 20 % tal-ispejjeż ta’ Compañía de Tranvías de la Coruña.

    4)

    Compañía de Tranvías de la Coruña hija kkundannata għal 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


    Top