Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0458

    Kawża T-458/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Multifit vs EUIPO (real nature) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea real nature – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/49


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2019 – Multifit vs EUIPO (real nature)

    (Kawża T-458/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea real nature - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 413/59)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Multifit Tiernahrungs GmbH (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u P. Gentili, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u M. Fischer, aġenti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2650/2017-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali real nature bħala tratde mark tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-28 ta’ Mejju 2018 (Każ R 2650/2017-2) hija annullata sa fejn din irrifjutat ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali real nature bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea għas-servizzi ta’ “reklamar; marketing; konsulenza organizzattiva u professjonali għall-konċessjonijiet; distribuzzjoni ta’ know-how ekonomiku (konċessjoni)”, li jaqgħu fil-klassi 35 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-15 ta’ Ġunju 1957 kif rivedut u emendat.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Multifit Tiernahrungs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti mill-EUIPO. Dan tal-aħħar għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 319, 10.9.2018.


    Top