This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TA0255
Case T-255/18: Judgment of the General Court of 24 September 2019 — US v ECB (Civil service — ECB staff — Fixed-term contract — Contract for an indefinite period — Refusal to reclassify a fixed term contract as a contract for an indefinite period — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment)
Kawża T-255/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Kuntratt għal żmien determinat – Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazjoni”)
Kawża T-255/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE (“Servizz pubbliku – Persunal tal-BĊE – Kuntratt għal żmien determinat – Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazjoni”)
ĠU C 413, 9.12.2019, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/48 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – US vs BĊE
(Kawża T-255/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Kuntratt għal żmien determinat - Rifjut ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat f’kuntratt għal żmien indeterminat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazjoni”)
(2019/C 413/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: US (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: F. von Lindeiner u M. Rötting, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u fuq l-Artikolu 50a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-BĊE li ma tikklassifikax mill-ġdid il-kuntratt tar-rikorrent f’kuntratt għal żmien indeterminat u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament ġarrab wara din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
US huwa kkundannat għall-ispejjeż. |