Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0013

    Kawża T-13/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Settembru 2019 – Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Crédit Mutuel – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Natura deskrittiva – Nuqqas ta’ karattru distintiv – Karattru distintiv miksub bl-użu – Rikors inċidentali – Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 59(1)(a) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/45


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Settembru 2019 – Crédit mutuel Arkéa vs EUIPO – Confédération nationale du Crédit mutuel (Crédit Mutuel)

    (Kawża T-13/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Crédit Mutuel - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Karattru distintiv miksub bl-użu - Rikors inċidentali - Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 59(1)(a) u (2) tar-Regolament 2017/1001”)

    (2019/C 413/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Crédit Mutuel Arkéa (Le Relecq Kerhuon, Franza) (rappreżentanti: A. Casalonga, L. Codevelle u C. Bercial Arias, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Confédération nationale du Crédit mutuel (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin u M. Merli, avukati)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1724/2016-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ nullità bejn il Crédit Mutuel Arkéa u l-Confédération nationale du Crédit Mutuel.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat 8 ta’ Novembru 2017 (Każ R 1724/2016-5) hija annulata inkwantu kkonkludiet li t-trade mark ikkontestata kisbet karattru distintiv bl-użu għall-prodotti u s-servizzi li għalihom hija kienet deskrittiva u mhux distintiva.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.

    4)

    Il-Crédit Mutuel Arkéa huwa kkundannat għal terz tal ispejjeż tiegħu u għal terz tal-ispejjeż tal-EUIPO u tal Confédération nationale du Crédit Mutuel marbuta mar rikors prinċipali.

    5)

    L-EUIPO huwa kkundannat għal żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu u għal żewġ terzi tal-ispejjeż tar-rikorrent marbuta mar rikors prinċipali.

    6)

    Il-Confédération nationale du Crédit Mutuel hija kkundannata għal żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha marbuta mar-rikors prinċipali kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mar rikors inċidentali.


    (1)  ĠU C 94, 12.3.2018.


    Top