Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0563

Kawża C-563/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Settembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra VX, WW, XV

ĠU C 44, 4.2.2019, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Polonja) fil-5 ta’ Settembru 2018 – Proċeduri kriminali kontra VX, WW, XV

(Kawża C-563/18)

(2019/C 44/12)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie (il-Qorti Reġjonali ta’ Varsavja, il-Polonja)

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

VX, WW, XV

Domanda preliminari

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li b’konsegwenza tal-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu rimedji neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, huwa jipprekludi dispożizzjonijiet li jeqirdu l-garanziji ta’ proċeduri dixxiplinari indipendenti fil-konfront ta’ mħallfin fil-Polonja permezz ta’ influwenza politika fl-iżvolġiment tal-proċeduri dixxiplinari u l-ħolqien ta’ riskju li s-sistema ta’ proċeduri dixxiplinari tintuża għall-kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet tal-qrati?


Top