This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0558
Case C-558/18: Request for a preliminary ruling from the Sąd Okręgowy w Łodzi (Poland) lodged on 3 September 2018 — City of Łowicz v State Treasury — Governor of Łódź Province
Kawża C-558/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-3 ta’ Settembru 2018 – Miasto Łowicz vs Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki
Kawża C-558/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-3 ta’ Settembru 2018 – Miasto Łowicz vs Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki
ĠU C 44, 4.2.2019, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-3 ta’ Settembru 2018 – Miasto Łowicz vs Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki
(Kawża C-558/18)
(2019/C 44/11)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Qorti Reġjonali ta’ Łódź, il-Polonja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Miasto Łowicz
Konvenut: Skarb Państwa – Wojewoda Łódzki (it-Teżor Pubbliku tal-Provinċja ta’ Łódź)
Domanda preliminari
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li b’konsegwenza tal-obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu rimedji neċessarji sabiex tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni, huwa jipprekludi dispożizzjonijiet li jżidu b’mod kunsiderevoli r-riskju li jiġu ppreġudikati l-garanziji ta’ proċeduri dixxiplinari indipendenti fil-konfront ta’ mħallfin fil-Polonja permezz ta’:
1) |
influwenza politika fl-iżvolġiment tal-proċeduri dixxiplinari, |
2) |
il-ħolqien ta’ riskju li s-sistema ta’ proċeduri dixxiplinari tintuża għall-kontroll politiku tal-kontenut tad-deċiżjonijiet tal-qrati, kif ukoll |
3) |
il-possibbiltà li fi proċeduri dixxiplinari kontra l-imħallfin jintużaw provi miksuba b’mod kriminali? |