Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0152

    Kawża C-152/18 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-712/15 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 41–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/41


    Appell ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2018 minn Crédit mutuel Arkéa mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fit-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-712/15 – Crédit mutuel Arkéa vs Il Bank Ċentrali Ewropew

    (Kawża C-152/18 P)

    (2018/C 161/46)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Crédit mutuel Arkéa (rappreżentant: H. Savoie, avocat)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tat-13 ta’ Diċembru 2017 (T-712/15) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet it-talba ta’ Crédit mutuel Arkéa intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Ottubru 2015 (ECB/SSM/2015 – 9695000CG7B84NLR5984/28) li tiffissa r-rekwiżiti prudenzjali applikabbli għall-grupp Crédit mutuel.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji bbażati fuq:

    żball ta’ liġi, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li l-Artikolu 2(21)(c) tar-Regolament Qafas dwar il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku jippermetti lill-BĊE jorganizza superviżjoni prudenzjali kkonsolidata ta’ stabbilimenti affiljati ma’ organu ċentrali minkejja li dan ma jkollux il-kwalità ta’ stabbiliment ta’ kreditu;

    żball fil-klassifikazzjoni legali tal-fatti, sa fejn il-Qorti Ġenerali qieset li Crédit mutuel tikkostitwixxi grupp suġġett għas-superviżjoni prudenzjali sa fejn tissodisfa l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament Nru 575/2013 (1).


    (1)  Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU 2013, L 176, p. 1).


    Top