This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0117
Case C-117/18 P: Appeal brought on 14 February 2018 by PGNiG Supply & Trading GmbH against the order of the General Court (First Chamber) made on 14 December 2017 in Case T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH v European Commission
Kawża C-117/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn PGNiG Supply & Trading GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-117/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn PGNiG Supply & Trading GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 161, 7.5.2018, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 161/33 |
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn PGNiG Supply & Trading GmbH mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, PGNiG Supply & Trading GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-117/18 P)
(2018/C 161/37)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Appellanti: PGNiG Supply & Trading GmbH (rappreżentant: M. Jeżewski, adwokat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet ikkontestat tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-849/16, li ċaħad ir-rikors ta’ PGNiG Supply & Trading bħala inammissibbli. |
— |
tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà tar-rikors ta’ PGNiG Supply & Trading fil-Kawża T-849/16 dwar talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 6950 tat-28 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni tal-pipeline tal-gass OPAL, mogħtija mid-Direttiva 2003/55/KE, mir-regoli relatati mal-aċċess minn terzi u mar-regolamentazzjoni tariffarja, imressqa skont l-Artikolu 263 TFUE, u tiddikjara r-rikors ammissibbli. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Qorti Ġenerali kisret ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, billi assumiet b’mod żbaljat li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016 ma tikkonċernax lill-appellanti la direttament u lanqas individwalment u ma tikkostitwixxix att regolatorju, liema preżunzjoni tirriżulta minn interpretazzjoni żbaljata tan-natura u tal-effetti ta’ eżenzjoni regolatorja ġdida tas-sena 2016, inkluż ukoll permezz ta’ ksur tal-Artikolu 36(1)(a) sa (e) tad-Direttiva tal-Gass, peress li r-rekwiżiti ta’ eżenzjoni għal “infrastrutturi ġodda tal-gass” ma ġewx applikati, kif ukoll naqset milli twettaq eżami dwar jekk dawn il-kriterji ġewx issodisfatti b’mod li jagħmel possibbli b’mod suffiċjenti, li n-natura u l-istatus tal-eżenzjoni introdotta permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016 u l-eżenzjonijiet regolatorji ġodda mis-sena 2016 jiġu evalwati, billi naqset milli tapplika l-paragrafu 1 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-sena 2016, li kienet bidlet il-portata tal-eżenzjoni regolatorja tas-sena 2009. Il-Qorti Ġenerali ma evalwatx in-natura tal-eżenzjoni regolatorja ġdida, li wassalha twettaq evalwazzjoni żbaljata tal-effett tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq l-appellanti.
Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 263 TFUE, peress li kkonstatat li l-appellanti ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li l-appellanti ma hijiex direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija żbaljata. Il-pożizzjoni sostnuta mill-Qorti Ġenerali ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza preċedenti li tindika li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea għandhom effett dirett fuq il-persuni, li ma jkunux awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li lilhom ikunu indirizzati dawn id-deċiżjonijiet.
L-Artikolu 263 TFUE ġie interpretat b’mod żbaljat, peress li ġie kkonstatat li r-rikorrenti ma hijiex individwalment ikkonċernata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-pożizzjoni fis-suq tal-appellanti tippermetti f’din il-kawża individwalizzazzjoni fis-sens tal-ġurisprudenza dwar l-ammissibbiltà ta’ rikorsi.
Ir-raba’ paragrafu in fine tal-Artikolu 263 TFUE ġie interpretat b’mod żbaljat, peress li ġie kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni ma hijiex att li għandu natura regolatorja. Fil-fehma tal-appellanti, id-deċiżjoni hija ta’ natura regolatorja.