Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0096

    Kawża C-96/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/22


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

    (Kawża C-96/18)

    (2018/C 161/25)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sociale Verzekeringsbank (Svb)

    Parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu, f’każ bħal dak inkwistjoni, regola nazzjonali bħall-parti inizjali tal-Artikolu 6a, u l-Artikolu 6a(b), tal-AKW (1)? Din ir-regola timplika li resident tal-Pajjiżi l-Baxxi ma huwiex assigurat taħt l-iskemi ta’ assigurazzjonijiet soċjali ta’ dan l-Istat ta’ residenza, jekk huwa jaħdem fi Stat Membru ieħor u huwa suġġett, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 (2), għal-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tal-Istat ta’ impjieg. Il-karatteristika ta’ din il-kawża hija li taħt l-iskema legali legali tal-Istat ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata ma hijiex eliġibbli għall-allowances tal-familja minħabba l-volum limitat tal-attività tagħha f’dan l-Istat.

    2)

    Il-possibbiltà għall-persuna kkonċernata li titlob lill-Svb li jistabbilixxi ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71 għandha effett fuq ir-risposta għad-domanda preċedenti?


    (1)  Algemene Kinderbijslagwet (Il-Liġi Ġenerali dwar l-Allowances tal-Familja).

    (2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


    Top