Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CB0827

    Kawża C-827/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kamenz — il-Ġermanja) — MC vs ND (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u Rikonoxximent u Eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali — Konvenzjoni ta’ Lugano II — Artikolu 22(1) — Tilwim dwar drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u dwar kirjiet ta’ proprjetà immobbli — Restituzzjoni tal-qligħ miksub mill-kiri ta’ beni qabel it-trasferiment tal-proprjetà)

    ĠU C 288, 26.8.2019, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Kamenz — il-Ġermanja) — MC vs ND

    (Kawża C-827/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u Rikonoxximent u Eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Artikolu 22(1) - Tilwim dwar drittijiet in rem fuq proprjetà immobbli u dwar kirjiet ta’ proprjetà immobbli - Restituzzjoni tal-qligħ miksub mill-kiri ta’ beni qabel it-trasferiment tal-proprjetà)

    (2019/C 288/10)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Amtsgericht Kamenz

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: MC

    Konvenut: ND

    Dispożittiv

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 22(1) tal-Konvenzjoni dwar il-Ġurisdizzjoni u r-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Sentenzi fi Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li l-konklużjoni tagħha ġiet approvata f’isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE, tas-27 ta’ Novembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma tikkostitwixxix azzjoni “li l-objettiv [tagħha jkunu] drittijiet in rem fi proprjetà immobbli jew kirjiet ta’ proprjetà immobbli”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, azzjoni mibdija mix-xerrej ta’ proprjetà immobbli li tkun tikkonċerna l-ħlas ta’ somma rċevuta mill-bejjiegħ abbażi tal-kera mħallsa minn parti terza, filwaqt li dan ix-xerrej, għalkemm ikun daħal fil-pussess tal-proprjetà immobbli fil-mument tal-ħlas ta’ din is-somma, kien għadu mhux legalment il-proprjetarju tagħha, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.


    (1)  ĠU C 103, 18.03.2019.


    Top