Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0639

    Kawża C-639/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kiel – il-Ġermanja) – KH vs Sparkasse Südholstein (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji – Direttiva 2002/65/KE – Artikolu 1 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti għal servizzi finanzjarji li jinkludu ftehim inizjali segwit b’operazzjonijiet suċċessivi – Applikazzjoni tad-Direttiva 2002/65/KE għall-ftehim inizjali biss – Artikolu 2(a) – Kunċett ta’ “kuntratt għal servizzi finanzjarji” – Ftehim ta’ emenda ta’ kuntratt ta’ self li jbiddel ir-rata tal-interessi ffissata inizjalment)

    ĠU C 271, 17.8.2020, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 271/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Kiel – il-Ġermanja) – KH vs Sparkasse Südholstein

    (Kawża C-639/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kummerċjalizzazzjoni mill-bogħod ta’ servizzi finanzjarji - Direttiva 2002/65/KE - Artikolu 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Kuntratti għal servizzi finanzjarji li jinkludu ftehim inizjali segwit b’operazzjonijiet suċċessivi - Applikazzjoni tad-Direttiva 2002/65/KE għall-ftehim inizjali biss - Artikolu 2(a) - Kunċett ta’ “kuntratt għal servizzi finanzjarji” - Ftehim ta’ emenda ta’ kuntratt ta’ self li jbiddel ir-rata tal-interessi ffissata inizjalment)

    (2020/C 271/07)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Kiel

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: KH

    Konvenut: Sparkasse Südholstein

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq [kummerċjalizzazzjoni] b’distanza ta’ servizzi finanzjarji ta’ konsumaturi u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE u d-Direttivi 97/7/KE u 98/27/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ftehim ta’ emenda ta’ kuntratt ta’ self ma jaqax taħt il-kunċett ta’ “kuntratt li jikkonċerna servizzi finanzjarji”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-ftehim ta’ emenda jillimita ruħu li jbiddel ir-rata ta’ interessi miftiehma inizjalment, mingħajr ma jestendi t-tul tas-self jew ibiddel l-ammont tiegħu, u meta l-klawżoli inizjali tal-kuntratt ta’ self kienu jipprevedu l-konklużjoni ta’ tali ftehim ta’ emenda jew, fin-nuqqas tiegħu, l-applikazzjoni ta’ rata ta’ interessi varjabbli.


    (1)  ĠU C 25, 21.1.2019.


    Top