Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0632

Kawża C-632/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat – il-Belġju) – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika ekonomika u monetarja – Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea – Regolament (UE) Nru 549/2013 – Settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi – Istituzzjoni finanzjarja kaptiva – Kunċett – Kumpannija li toffri lill-familji bi dħul medju jew modest ipoteka taħt il-kontroll tal-gvern)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat – il-Belġju) – Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL vs Institut des Comptes nationaux (ICN)

(Kawża C-632/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) Nru 549/2013 - Settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi - Istituzzjoni finanzjarja kaptiva - Kunċett - Kumpannija li toffri lill-familji bi dħul medju jew modest ipoteka taħt il-kontroll tal-gvern)

(2019/C 413/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Il-Kunsill tal-Istat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fonds du Logement de la Région de Bruxelles-Capitale SCRL

Konvenut: Institut des Comptes nationaux (ICN)

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness A tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li unità istituzzjonali distinta, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imqiegħda taħt il-kontroll ta’ amministrazzjoni pubblika, għandha tiġi kkunsidrata mhux kummerċjali u taqa’ għalhekk taħt is-settur tal-amministrazzjonijiet pubbliċi, fis-sens tas-SEK 2010, peress li għandha l-karatteristiċi ta’ istituzzjoni finanzjarja kaptiva u mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi eżaminat il-kriterju ta’ espożizzjoni tagħha għar-riskju ekonomiku fl-eżerċizzju tal-attività tagħha..

2)

Unità istituzzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li l-grad ta’ indipendenza tagħha fir-rigward ta’ amministrazzjoni pubblika hija limitata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, li permezz tagħha l-imsemmija unità istituzzjonali ma għandhiex kontroll sħiħ tal-ġestjoni tal-assi u l-obbligi tagħha, sa fejn din l-amministrazzjoni pubblika, minn naħa, teżerċita kontroll fuq l-assi tagħha u, min-naħa l-oħra, tassumi r-riskju marbut mal-obbligi tagħha, tista’ tiġi kklassifikata bħala “Istituzzjoni finanzjarja kaptiva”, fis-sens tal-punti 2.21 sa 2.23 tal-Anness A tar-Regolament Nru 549/2013, sakemm il-miżuri ta’ kontroll previsti minn din il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jiġu interpretati mill-qorti nazzjonali fis-sens li jkollhom bħala effett li l-unità istituzzjonali kkonċernata ma tkunx tista’ taġixxi indipendentement mill-imsemmija amministrazzjoni pubblika, sa fejn din tal-aħħar timponi fuqha l-kundizzjonijiet li fihom din l-unità istituzzjonali hija obbligata li taġixxi, mingħajr ma jkollha l-possibbiltà li tbiddilhom sostanzjalment fuq inizjattiva tagħha stess.


(1)  ĠU C 4, 07.01.2019.


Top