Tämä asiakirja on ote EUR-Lex-verkkosivustolta
Asiakirja 62018CA0272
Case C-272/18: Judgment of the Court (First Chamber) of 3 October 2019 (request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof — Austria) — Verein für Konsumenteninformation v TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG (Reference for a preliminary ruling — Area of freedom, security and justice — Judicial cooperation in civil matters — Law applicable to contractual obligations — Exclusion of company law from the scope of the Rome Convention and of Regulation (EC) No 593/2008 (Rome I) — Trust agreement concluded between a professional and a consumer for the management of shares in a limited partnership)
Kawża C-272/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Esklużjoni tad-dritt tal-kumpanniji mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Kuntratt fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur, li jkollu bħala uniku għan il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita)
Kawża C-272/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali – Esklużjoni tad-dritt tal-kumpanniji mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) – Kuntratt fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur, li jkollu bħala uniku għan il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita)
ĠU C 413, 9.12.2019, s. 13—13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-3 ta’ Ottubru (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – Verein für Konsumenteninformation vs TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
(Kawża C-272/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Esklużjoni tad-dritt tal-kumpanniji mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma u tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) - Kuntratt fiduċjarju konkluż bejn professjonist u konsumatur, li jkollu bħala uniku għan il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita)
(2019/C 413/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation
Konvenuta TVP Treuhand- und Verwaltungsgesellschaft für Publikumsfonds mbH & Co KG
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(2)(e) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, u l-Artikolu 1(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I), għandhom jiġu interpretati fis-sens li obbligi kuntrattwali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jirriżultaw minn kuntratt fiduċjarju li għandu bħala għan il-ġestjoni ta’ sehem f’soċjetà in akkomandita, ma humiex esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-konvenzjoni. |
2) |
L-Artikolu 5(4)(b) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u l-Artikolu 6(4)(a) tar-Regolament Nru 593/2008 għandhom jiġu interpretati fis-sens li kuntratt fiduċjarju li bis-saħħa tiegħu servizzi dovuti lill-konsumatur għandhom jiġu pprovduti, mill-bogħod, fil-pajjiż ta’ residenza abitwali tiegħu mit-territorju ta’ pajjiż ieħor ma jaqax taħt l-esklużjoni prevista għal dawn id-dispożizzjonijiet. |
3) |
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola ta’ kuntratt fiduċjarju dwar il-ġestjoni ta’ sehem in akkomandita, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, konkluż bejn professjonist u konsumatur, li ma kinitx ġiet innegozjata individwalment u li bis-saħħa tagħha d-dritt applikabbli huwa dak tal-Istat Membru tas-sede tas-soċjetà in akkomandita hija inġusta, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta twassal lill-konsumatur fi żball billi tagħtih l-impressjoni li hija biss il-liġi ta’ dan l-Istat Membru li tapplika għall-kuntratt, mingħajr ma tinformah dwar il-fatt li jibbenefika wkoll, bis-saħħa tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 593/2008, mill-protezzjoni żgurata lilu mid-dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali li tkun applikabbli fl-assenza ta’ din il-klawżola. |