EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0267

Kawża C-267/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București – ir-Rumanija) – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 57(4) – Raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni – Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku – Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba s-subappalt parzjali tiegħu – Kunċett ta’ “nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti” – Portata)

ĠU C 413, 9.12.2019, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 413/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel București – ir-Rumanija) – Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA vs Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

(Kawża C-267/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4) - Raġunijiet fakultattivi ta’ esklużjoni - Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku - Xoljiment ta’ kuntratt preċedenti minħabba s-subappalt parzjali tiegħu - Kunċett ta’ “nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti” - Portata)

(2019/C 413/13)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel București

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Delta Antrepriză de Construcții și Montaj 93 SA

Konvenuti: Compania Națională de Administrare a Infrastructurii Rutiere SA

Dispożittiv

L-Artikolu 57(4)(g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-subappalt, minn operatur ekonomiku, ta’ parti mix-xogħlijiet fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku preċedenti, deċiż mingħajr il-kunsens tal-awtorità kontraenti u li wassal għax-xoljiment ta’ dan il-kuntratt, jikkostitwixxi nuqqas sinjifikattiv jew persistenti kkonstatat waqt l-eżekuzzjoni ta’ obbligu essenzjali relatat mal-imsemmi kuntratt, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, u huwa għalhekk ta’ natura li jiġġustifika l-esklużjoni ta’ dan l-operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku ulterjuri jekk, wara li tkun wettqet l-evalwazzjoni tagħha stess dwar l-integrità u l-affidabbiltà tal-operatur ekonomiku li jkun ikkonċernat mix-xoljiment tal-kuntratt pubbliku preċedenti, l-awtorità kontraenti li torganizza din il-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt sussegwenti tqis li tali subappalt iwassal għat-tmiem tar-rabta ta’ fiduċja mal-operatur ekonomiku inkwistjoni. Madankollu, qabel ma tiddikjara tali esklużjoni, l-awtorità kontraenti għandha, skont l-Artikolu 57(6) ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-premessa 102 tad-direttiva msemmija, tħalli l-possibbiltà lil dan l-operatur ekonomiku li jippreżenta l-miżuri korrettivi li jkun adotta wara x-xoljiment tal-kuntratt pubbliku preċedenti.


(1)  ĠU C 249, 16.07.2018.


Top