Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0260

    Kawża C-260/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie - il-Polonja) – Kamil Dziubak, Justyna Dziubak vs Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, li kienet Raiffeisen Bank Polska SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 93/13/KEE – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Klawżoli inġusti – Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija – Klawżola dwar id-determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti – Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola – Possibbiltà tal-qorti li tirrimedja l-klawżoli inġusti billi tirrikorri għal klawżoli ġenerali tad-dritt ċivili – Evalwazzjoni tal-interess tal-konsumatur – Sussistenza tal-kuntratt mingħajr klawżoli inġusti)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Sąd Okręgowy w Warszawie - il-Polonja) – Kamil Dziubak, Justyna Dziubak vs Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, li kienet Raiffeisen Bank Polska SA

    (Kawża C-260/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Self ipotekarju indiċjat fuq munita barranija - Klawżola dwar id-determinazzjoni tar-rata tal-kambju bejn il-muniti - Effetti tal-konstatazzjoni tan-natura inġusta ta’ klawżola - Possibbiltà tal-qorti li tirrimedja l-klawżoli inġusti billi tirrikorri għal klawżoli ġenerali tad-dritt ċivili - Evalwazzjoni tal-interess tal-konsumatur - Sussistenza tal-kuntratt mingħajr klawżoli inġusti)

    (2019/C 413/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Warszawie

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kamil Dziubak, Justyna Dziubak

    Konvenuti: Raiffeisen Bank International AG, prowadzący działalność w Polsce w formie oddziału pod nazwą Raiffeisen Bank International AG Oddział w Polsce, anciennement Raiffeisen Bank Polska SA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li qorti nazzjonali, wara li tkun ikkonstatat in-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli ta’ kuntratt ta’ self indiċjat fuq munita barranija b’rata ta’ interessi direttament marbuta mar-rata interbankarja tal-munita kkonċernata, tqis, skont id-dritt intern tagħha, li dan il-kuntratt ma jistax jissussisti mingħajr dawn il-klawżoli għar-raġuni li t-tneħħija tagħhom ikollha l-konsegwenza li tbiddel in-natura tas-suġġett prinċipali tal-imsemmi kuntratt.

    2)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, il-konsegwenzi fuq is-sitwazzjoni tal-konsumatur ikkawżati mill-invalidazzjoni ta’ kuntratt kollu kemm hu, kif previsti fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Kásler u Káslerné Rábai (C-26/13, EU:C:2014:282), għandhom jiġu evalwati fid-dawl taċ-ċirkustanzi eżistenti jew prevedibbli fil-mument tat-tilwima, u li, min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ din l-evalwazzjoni, ir-rieda li l-konsumatur ikun esprima f’dan ir-rigward hija determinanti.

    3)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jiġu rrimedjati l-lakuni ta’ kuntratt, ikkawżati mit-tneħħija ta’ klawżoli inġusti li jinsabu fih, fuq il-bażi biss ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura ġenerali li jipprovdu li l-effetti espressi f’att legali għandhom jiġu kkompletati, b’mod partikolari, mill-effetti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ ekwità jew minn użanzi, li ma humiex dispożizzjonijiet supplenti u lanqas dispożizzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ftehim tal-partijiet fil-kuntratt.

    4)

    L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi ż-żamma ta’ klawżoli inġusti li jinsabu f’kuntratt meta t-tneħħija tagħhom twassal għall-invalidazzjoni ta’ dan il-kuntratt u l-qorti tqis li din l-invalidazzjoni toħloq effetti sfavorevoli għall-konsumatur, jekk dan tal-aħħar ma jkunx ta l-kunsens tiegħu għal din iż-żamma.


    (1)  ĠU C 259, 23.7.2018.


    Top