Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0193

    Kawża C-193/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/21/KE — Artikolu 2(c) — Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” — Trażmissjoni ta’ sinjali — Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet — Servizz Gmail)

    ĠU C 263, 5.8.2019, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ l’Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen — il-Ġermanja) — Google LLC vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    (Kawża C-193/18) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/21/KE - Artikolu 2(c) - Kunċett ta’ “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” - Trażmissjoni ta’ sinjali - Servizz ta’ posta elettronika fuq l-internet - Servizz Gmail)

    (2019/C 263/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberverwaltungsgericht für das Land Nordrhein-Westfalen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Google LLC

    Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

    Dispożittiv

    L-Artikolu 2(c) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz ta’ posta elettronika fuq l-Internet li ma jinkludix aċċess għall-Internet, bħas-servizz Gmail ipprovdut minn Google, ma jikkonsistix kollu kemm hu jew fil-parti l-kbira tiegħu, fit-trażmissjoni ta’ sinjali fuq netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u għaldaqstant ma jikkostitwixxix “servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 211, 18.06.2018.


    Top