EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0185

Kawża C-185/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Oro Efectivo SL vs Diputación Foral de Bizkaia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 401 — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Akkwist minn impriżi, mingħand individwi, ta’ muniti tad-deheb u metalli prezzjużi intiżi għall-bejgħ mill-ġdid — Taxxa fuq it-trasferimenti tal-assi)

ĠU C 263, 5.8.2019, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 263/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — Oro Efectivo SL vs Diputación Foral de Bizkaia

(Kawża C-185/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 401 - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Akkwist minn impriżi, mingħand individwi, ta’ muniti tad-deheb u metalli prezzjużi intiżi għall-bejgħ mill-ġdid - Taxxa fuq it-trasferimenti tal-assi)

(2019/C 263/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oro Efectivo SL

Konvenut: Diputación Foral de Bizkaia

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità fiskali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta t-trasferimenti tal-assi għal taxxa indiretta, distinta mill-VAT, l-akkwist minn impriża, mingħand individwi, ta’ oġġetti ta’ kontenut għoli ta’ deheb jew ta’ metall prezzjuż, fejn dawn l-oġġetti huma intiżi għall-attività ekonomika ta’ din l-impriża, li, għall-finijiet tal-ipproċessar tagħhom u għall-introduzzjoni mill-ġdid tagħhom fil-kummerċ, tbigħhom mill-ġdid lil impriżi speċjalizzati fil-manifattura ta’ ingotti jew prodotti oħra ta’ metall prezzjuż.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.


Top