This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TB0748
Joined Cases T-748/17 and T-770/17: Order of the General Court of 24 September 2019 — TrekStor and Beats Electronics v EUIPO — Beats Electronics and TrekStor (iBeat) (EU trade mark — Revocation proceedings — Withdrawal of the application for revocation — No need to adjudicate — Article 137 of the Rules of Procedure of the General Court — Avoidable costs — Article 139(a) of the Rules of Procedure of the General Court)
Kawżi Magħquda T-748/17 u T-770/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor u Beats Electronics vs EUIPO – Beats Electronics u TrekStor (iBeat) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż tal-qorti evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)
Kawżi Magħquda T-748/17 u T-770/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor u Beats Electronics vs EUIPO – Beats Electronics u TrekStor (iBeat) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż tal-qorti evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)
ĠU C 413, 9.12.2019, p. 54–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 413/54 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor u Beats Electronics vs EUIPO – Beats Electronics u TrekStor (iBeat)
(Kawżi Magħquda T-748/17 u T-770/17) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż tal-qorti evitabbli - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)
(2019/C 413/65)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti fil-Kawża T-748/17: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)
Rikorrenti fil-Kawża T-770/17: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti fil-kawża T-748/17: inizjalment E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement minn E. Markakis, A. Söder u H. O’Neill, aġenti, u fil-Kawża T-770/17: inizjalment A. Söder u D. Walicka, sussegwentement A. Söder u K. Markakis u H. O’Neill, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġeneral fil-Kawża T-748/17: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-770/17: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 (Kawżi Magħquda R 2175/2016-4 u R 2213/2016-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beats Electronics u TrekStor.
Dispożittiv
1) |
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors. |
2) |
TrekStor Ltd u Beats Electronics LLC għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO). |
3) |
TrekStor u Beats Electronics huma kkundannati jħallsu lill-Qorti Ġenerali, kull waħda minnhom, is-somma ta’ EUR2,500 abbażi tal-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. |