Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TB0746

    Kawża T-746/17: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali – Spejjeż legali evitabbli – Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

    ĠU C 413, 9.12.2019, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.12.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 413/53


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – TrekStor vs EUIPO – Beats Electronics (i.Beat jump)

    (Kawża T-746/17) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali - Spejjeż legali evitabbli - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

    (2019/C 413/64)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: TrekStor Ltd (Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, M. Alber u A. Schönfleisch, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u D. Walicka, sussegwentement E. Markakis, A. Söder u H. O’Neill)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Beats Electronics LLC (Culver City, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Petersenn, avukat, u I. Fowler, solicitor)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2017 (Każ R 2236/2016-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Beats Electronics u TrekStor

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikorsi.

    2)

    TrekStor Ltd u Beats Electronics LLC għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, individwalment, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    TrekStor u Beats Electronics huma kkundannati jħallsu lill-Qorti Ġenerali, individwalment, is-somma ta’ EUR 2 500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha.


    (1)  ĠU C 32, 29.1.2018.


    Top