Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0464

Kawża T-464/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – TP vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Remunerazzjoni — Żamma mis-salarju — Pensjoni tal-manteniment mogħtija minn qorti nazzjonali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ divorzju — Kooperazzjoni legali mal-istanzi ġudizzjarji nazzjonali — Kompetenza limitata — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — -Kodiċi Ewropew ta' Kondotta Amministrattiva Tajba — Regola ta’ konkordanza — Att li jikkawża preġudizzju — Talba għad-danni — Osservanza tal-proċedura prekontenzjuża”)

ĠU C 93, 11.3.2019, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.3.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 93/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2018 – TP vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-464/17) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Remunerazzjoni - Żamma mis-salarju - Pensjoni tal-manteniment mogħtija minn qorti nazzjonali fil-kuntest ta’ proċedura ta’ divorzju - Kooperazzjoni legali mal-istanzi ġudizzjarji nazzjonali - Kompetenza limitata - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - -Kodiċi Ewropew ta' Kondotta Amministrattiva Tajba - Regola ta’ konkordanza - Att li jikkawża preġudizzju - Talba għad-danni - Osservanza tal-proċedura prekontenzjuża”))

(2019/C 93/63)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: TP (rappreżentant: W. Limuti, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u R. Striani, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li twettaq żamma fix-xahar fuq is-salarju tar-rikorrent fir-rigward ta’ pensjoni tal-manteniment imħallsa lill-ex konjuġi tiegħu, fl-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti Taljana u, min-naħa l-oħra, għal-kumpens ta’ dannu li r-rikorrent kien allegatament issubixxa.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TP huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 309, 18.9.2017.


Top