This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0462
Case T-462/17: Judgment of the General Court of 11 June 2019 — TO v EEA (Civil service — Contract staff — Contract for a fixed period — Dismissal during sick leave — Article 16 of the CEOS — Article 48(b) of the CEOS — Article 26 of the Staff Regulations — Processing of personal data — Article 84 of the CEOS — Psychological harassment)
Kawża T-462/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA (“Servizz Pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Kuntratt għal żmien ddeterminat — Tkeċċija matul leave tal-mard — Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 26 tal-Istatut — Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali — Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Fastidju morali”)
Kawża T-462/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA (“Servizz Pubbliku — Aġenti kuntrattwali — Kuntratt għal żmien ddeterminat — Tkeċċija matul leave tal-mard — Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Artikolu 26 tal-Istatut — Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali — Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Fastidju morali”)
ĠU C 263, 5.8.2019, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 263/40 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2019 — TO vs AEA
(Kawża T-462/17) (1)
(“Servizz Pubbliku - Aġenti kuntrattwali - Kuntratt għal żmien ddeterminat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 26 tal-Istatut - Ipproċessar ta’ data ta’ natura personali - Artikolu 84 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju morali”)
(2019/C 263/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: TO (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Intervenjenti insostenn tal-kovenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn D. Nessaf u J. Van Pottelberge, sussegwentement minn J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża minn naħa, għall-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 li biha d-direttur eżekuttiv tal-AEA irrexxinda r-reklutaġġ tar-rikorrenti bħala aġent kuntrattwali u, fit-tieni lok, tad-deċiżjoni tal-20 ta’ April 2017, li biha l-imsemmi direttur ċaħad l-ilment tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Settembru 2016, li biha d-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (AEA) irrexxinda r-reklutaġġ ta’ TO bħala aġent kuntrattwali, hija annullata. |
2) |
L-AEE hija kkundannata tħallas lil TO ammont li jekwivali għal xahar ta’ remunerazzjoni fuq il-bażi ta’ preavviż u għal terz tas-salarju bażiku mensili tal-perijodu ta’ prova mwettaq mir-rikorrenti, li minnu għandha jitnaqqas il-kumpens tat-tkeċċija li hija diġà rċeviet. |
3) |
L-AEA hija kkundannata tħallas lil TO l-ammont ta’ EUR 6 000. |
4) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
5) |
L-AEA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn TO. |
6) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom. |