Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0635

    Kawża C-635/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-immigrazzjoni — Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja — Direttiva 2003/86/KE — Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva — Artikolu 3(2)(c) — Esklużjoni ta’ persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni sussidjarja — Estensjoni mid-dritt nazzjonali tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lil dawn il-persuni — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 11(2) — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja — Spjegazzjonijiet ikkunsidrati bħala mhux suffiċjentement plawżibbli — Obbligi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu l-passi ulterjuri kollha — Limiti)

    ĠU C 155, 6.5.2019, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 155/8


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem — il-Pajjiżi l-Baxxi) — E. vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    (Kawża C-635/17) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-immigrazzjoni - Dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja - Direttiva 2003/86/KE - Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva - Artikolu 3(2)(c) - Esklużjoni ta’ persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni sussidjarja - Estensjoni mid-dritt nazzjonali tad-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja lil dawn il-persuni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 11(2) - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw rabtiet tal-familja - Spjegazzjonijiet ikkunsidrati bħala mhux suffiċjentement plawżibbli - Obbligi tal-awtoritajiet tal-Istati Membri li jwettqu l-passi ulterjuri kollha - Limiti)

    (2019/C 155/10)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: E.

    Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

    Dispożittiv

    1)

    Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha ġurisdizzjoni, skont l-Artikolu 267 TFUE, sabiex tinterpreta l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha l-qorti tar-rinviju hija mitluba tiddeċiedi fuq applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja mressqa minn benefiċjarju tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, meta din id-dispożizzjoni tkun ġiet reża applikabbli għal tali sitwazzjoni, b’mod dirett u inkundizzjonat, mid-dritt nazzjonali.

    2)

    L-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2003/86 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn ġiet ippreżentata applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja minn sponsor li tgawdi minn status ta’ protezzjoni sussidjarja favur minuri li tiegħu hija z-zija u allegatament il-kuratriċi, u li jirrisjedi bħala refuġjat u ma għandux rabtiet familjari f’pajjiż terz, sabiex din l-applikazzjoni tiġi miċħuda għar-raġuni biss li l-isponsor ma pprovdietx id-dokumenti ta’ sostenn uffiċjali li jattestaw il-mewt tal-ġenituri bijoloġiċi tal-minuri u, għalhekk, in-natura attwali tar-rabtiet familjari tagħha miegħu, u li l-ispjegazzjoni li l-isponsor ippreżentat biex tiġġustifika l-inkapaċità tagħha li tipproduċi tali dokumenti tqieset li mhix plawżibbli mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-mertu biss tal-informazzjoni ġenerali disponibbli dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini, mingħajr ma titqies is-sitwazzjoni konkreta tal-isponsor u tal-minuri kif ukoll id-diffikultajiet partikolari li kellhom jaffaċċjaw, skonthom, qabel u wara li ħarbu mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom.


    (1)  ĠU C 63, 19.2.2018.


    Top