Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0592

Kawża C-592/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa doganali komuni — Nomenklatura Magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 7318 15 90, 7318 19 00 u 9403 90 10 — Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal — Dumping — Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 — Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina — Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Regolament (KE) Nru 384/96 — Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) — Definizzjoni tal-industrija Komunitarja”)

ĠU C 16, 14.1.2019, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/24


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vestre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs Baby Dan A/S

(Kawża C-592/17) (1)

((“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi u subintestaturi 4421, 7326, 7318 15 90, 7318 19 00 u 9403 90 10 - Oġġett speċifikament imfassal għat-twaħħil ta’ xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal - Dumping - Validità tar-Regolament (KE) Nru 91/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw miċ-Ċina - Ftehim antidumping tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(2) u Artikolu 4(1) - Definizzjoni tal-industrija Komunitarja”))

(2019/C 16/30)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Vestre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteministeriet

Konvenut: Baby Dan A/S

Dispożittiv

1)

In-nomenklatura magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 tal-20 ta’ Settembru 2007 u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008 tad-19 ta’ Settembru 2008, għandha tiġi interpretata fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti t-twaħħil ma’ ħajt jew ma’ xambrella tax-xatbiet ta’ sigurtà għat-tfal, ma jikkostitwixxix parti minn dawn ix-xatbiet u għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 7318 15 90 tan-nomenklatura magħquda.

2)

L-eżami tar-raba’ domanda preliminari ma rrilevat l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 91/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq ċerti qfieli tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.


(1)  ĠU C 424, 11.12.2017.


Top