Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CA0159

    Kawża C-159/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) — Direttiva 2006/112/KE — Annullament tar-reġistrazzjoni tal-VAT — Obbligu ta’ ħlas tal-VAT miġbura fil-perijodu li matul tiegħu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT ikun annullat — Nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta ma’ akkwisti li saru matul dan il-perijodu)

    ĠU C 161, 7.5.2018, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/13


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-7 ta’ Marzu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa – ir-Rumanija) – Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius vs Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa

    (Kawża C-159/17) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Annullament tar-reġistrazzjoni tal-VAT - Obbligu ta’ ħlas tal-VAT miġbura fil-perijodu li matul tiegħu n-numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT ikun annullat - Nuqqas ta’ rikonoxximent tad-dritt għal tnaqqis tal-VAT marbuta ma’ akkwisti li saru matul dan il-perijodu))

    (2018/C 161/15)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Curtea de Apel Constanţa

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Întreprinderea Individuală Dobre M. Marius

    Konvenuti: Ministerul Finanţelor Publice – A.N.A.F. – D.G.R.F.P. Galaţi – Serviciul Soluţionare Contestaţii, A.N.A.F – D.G.R.F.P. Galaţi – A.J.F.P. Constanţa – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Fizice 2 Constanţa

    Dispożittiv

    L-Artikoli 167 sa 169 u 179, l-Artikolu 213(1), l-Artikolu 214(1) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-amministrazzjoni fiskali tirrifjuta lill-persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fil-każ li jiġi stabbilit li, minħabba nuqqasijiet allegati fil-konfront ta’ din tal-aħħar, l-amministrazzjoni fiskali ma setax ikollha l-informazzjoni neċessarja sabiex jiġi stabbilit li r-rekwiżiti sostantivi li jagħtu lok għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imħallsa mill-imsemmija persuna huma ssodisfatti jew li din tal-aħħar aġixxiet frawdolożament sabiex tibbenefika minn dan id-dritt, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


    (1)  ĠU C 221, 10.07.2017.


    Top