Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0451

    Kawża T-451/16: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa)

    ĠU C 364, 3.10.2016, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 364/26


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2016 – sheepworld vs EUIPO (Bester Papa)

    (Kawża T-451/16)

    (2016/C 364/28)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: sheepworld AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. von Rüden, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Bester Papa” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 169 213

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Mejju 2016 fil-Każ R 94/2016-4

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top