EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0412

Kawża T-412/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Bena Properties vs Il-Kunsill

ĠU C 364, 3.10.2016, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 364/19


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2016 – Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-412/16)

(2016/C 364/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentant:: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2016/850, tas-27 ta’ Mejju 2016, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-411/16, Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunisll.


Top