EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0212

Kawża T-212/16: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)

ĠU C 243, 4.7.2016, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 243/40


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)

(Kawża T-212/16)

(2016/C 243/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “FRee StyLe” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 317 642”

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/02/2016 fil-Każ R 377/2015-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess test.

Koeżistenza tat-trade marks konfliġġenti flimkien ma’ sinjali oħra li jinkludu t-terminu “FREE STYLE”.

Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell laqa’, b’mod żbaljat, il-provi prodotti mir-rikorrenti wara t-terminu preskritt għal dan fl-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top