Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0282

Kawżi Magħquda T-282/16 u T-283/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Inpost Paczkomaty u Inpost vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Settur postali — Kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-obbligi ta’ servizz universali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà — Libertà ta’ intrapriża”)

ĠU C 155, 6.5.2019, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 155/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Inpost Paczkomaty u Inpost vs Il-Kummissjoni

(Kawżi Magħquda T-282/16 u T-283/16) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Settur postali - Kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mill-obbligi ta’ servizz universali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża”)

(2019/C 155/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-282/16: Inpost Paczkomaty sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentanti: inizjalment T. Proć, sussegwentement D. Doktór, avukati)

Rikorrenti fil-kawża T-283/16: Inpost S.A. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: W. Knopkiewicz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, K. Blanc u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Suġġett

Talbiet ibbażati fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 8236 finali, tas-26 ta’ Novembru 2015, li permezz tagħha hija ma qajmitx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-miżura nnotifikata mill-awtoritajiet Pollakki dwar l-għajnuna mogħtija lil Poczta Polska fil-forma ta’ kumpens għall-ispejjeż netti li jirriżultaw mit-twettiq, minn din il-kumpannija, tal-obbligi tagħha ta’ servizz postali universali għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2015

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Inpost Paczkomaty sp. z o.o. u Inpost S.A. għandhom ibatu kull waħda minnhom l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 270, 25.7.2016.


Top