EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0686

Kawża C-686/16: Appell ippreżentat fit 28 ta’ Diċembru 2016 minn Meissen Keramik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15 – Meissen Keramik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

ĠU C 161, 22.5.2017, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/6


Appell ippreżentat fit 28 ta’ Diċembru 2016 minn Meissen Keramik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15 – Meissen Keramik GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-686/16)

(2017/C 161/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Meissen Keramik GmbH (rappreżentanti: M. Vohwinkel u Dr. M. Bagh, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-18 ta’ Ottubru 2016 fil-Kawża T-776/15;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 0531/2015-1;

tannulla d-deċiżjoni tal-EUIPO, tat-13 ta’ Jannar 2015;

tikkundanna lill-EUIPO għal-ispejjeż tal-proċedura fl-istanzi kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1), kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 135(4) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Il-kritika tal-ksur tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq il-fatt li, fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali ma bbażatx ruħha fuq il-fehim tal-element verbali li ġie kkonstatat fid-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, iżda applikat il-fehim tagħha stess tal-element verbali u b’dan il-mod biddlet is-suġġett tal-kawża.

Il-kritika rigward l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja hija bbażata fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali tqis bħala deskrittiva indikazzjoni tal-oriġini ġeografika ta’ tip speċifiku ta’ prodott, li huwa denominat permezz tal-komponent prinċipali tiegħu (ċeramika ta’ Meissen),anki għal tali prodotti li jinkludu kwalunkwe komponent – saħansitra insinjifikattiv – magħmul minn dan il-prodott jew li jistgħu jingħaqdu mal-imsemmi tip ta’ prodott.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Top