This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CB0474
Case C-474/16: Order of the Court (Sixth Chamber) of 24 October 2017 — (request for a preliminary ruling from the Cour d’appel de Colmar — France) — Criminal proceedings against Belu Dienstleistung GmbH & Co KG and Stefan Nikless (Reference for a preliminary ruling — Article 99 of the Rules of Procedure of the Court of Justice — Identical questions referred for a preliminary ruling — Coordination of social security systems — Regulation (EC) No 883/2004 — Applicable legislation — A1 certificate — Probative value)
Kawża C-474/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Colmar) – Franza – proċeduri kriminali kontra Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ċertifikat A 1 — Saħħa probatorja)
Kawża C-474/16: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Colmar) – Franza – proċeduri kriminali kontra Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari identiċi — Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Regolament (KE) Nru 883/2004 — Leġiżlazzjoni applikabbli — Ċertifikat A 1 — Saħħa probatorja)
ĠU C 5, 8.1.2018, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 5/15 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel de Colmar) – Franza – proċeduri kriminali kontra Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless
(Kawża C-474/16) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari identiċi - Koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Leġiżlazzjoni applikabbli - Ċertifikat A 1 - Saħħa probatorja))
(2018/C 005/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Colmar
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless
fil-preżenza ta’: Syndicat Prism’emploi, Union départementale CGT du Bas-Rhin, Union de recouvrement des cotisations de sécurité sociale et d’allocations familiales d’Alsace (Urssaf), aventi kawża tal-Urssaf du Bas-Rhin
Dispożittiv
L-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċertifikat A 1, maħruġ mill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, skont l-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, jorbot kemm lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru fejn ix-xogħol jitwettaq kif ukoll lill-qrati ta’ dak l-Istat Stat Membru, anki meta jiġi kkonstatat minn dawn tal-aħħar li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-ħaddiem ikkonċernat ma jaqgħux b'mod ċar barra fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-dispożizzjoni tar-Regolament Nru 883/2004.