EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0619

Kawża C-619/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Direttiva 2003/88/KE — Artikolu 7 — Dritt għal-leave annwali mħallas — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg)

ĠU C 16, 14.1.2019, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tas-6 ta’ Novembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – Sebastian W. Kreuziger vs Land Berlin

(Kawża C-619/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Direttiva 2003/88/KE - Artikolu 7 - Dritt għal-leave annwali mħallas - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-telf ta’ leave annwali mhux meħud u tal-kumpens finanzjarju għal tali leave, meta ma tkunx saret talba għal leave mill-ħaddiem qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg))

(2019/C 16/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberverwaltungsgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sebastian W. Kreuziger

Konvenut: Land Berlin

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn din timplika li, jekk il-ħaddiem ma jkunx talab li jeżerċita d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata, awtomatikament u mingħajr verifika minn qabel dwar jekk din kinitx effettivament imqiegħda f’din il-pożizzjoni minn min impjegaha, b’mod partikolari b’informazzjoni adegwata min-naħa ta’ dan tal-aħħar, titlef id-dritt tagħha għal-leave qabel l-imsemmi tmiem, il-ġranet ta’ leave annwali mħallas li għalihom kienet intitolata bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni fil-mument ta’ dan it-tmiem, kif ukoll, korrelattivament, id-dritt tagħha għal kumpens finanzjarju għal dan il-leave annwali mħallas mhux meħud.


(1)  ĠU C 38, 6.2.2017.


Top